L-attur lokali Brian Farrugia kiteb dwar il-produzzjoni li jmiss jieħu sehem fiha, li hi Il-Pantomima Maltija, Is-Sleeping Beauty. Brian jagħti dettalji dwar il-karattru li ser ikun qed jaħdem waqt din il-produzzjoni.
"Reġa' wasal dak iż-żmien! Illum għandna dress rehersal u jekk Alla jrid nhar il-Ħamis, 26 ta' Diċembru nibdew... Il-Pantomima Maltija 'Is-Sleeping Beauty.' Din is-sena b'karattru interessanti ta' Sancho, il-qaddej ta' Re Pedro..." jitkeb Brian.
Jirringrazzja lil diversi persuni li qegħdin kontinwament jgħinu f'din il-produzzjoni fosthom Kumpanija Teatru Rjal , Louie Noir, Make-Up by Verena Portelli, iż-żeffiena tal-Kinetic Dance Academy, kif ukoll il-band immexija minn Conrad Briffa
Is-Sleeping Beauty ser issir f'Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta fis-26, 27, 29, 30 u 31 ta' Diċembru 2024. Ser tintwera wkoll fl-Oratorju Don Bosco, ir-Rabat Għawdex, fl-4 u 5 ta' Jannar 2025. Biljetti jintbagħtu fuq www.ktrmalta.com jew fuq 99476468