Il-paġna Animal Welfare Gozo għadha kif ħabbret każ fejn qattusa sabet diffikultà u kienet fil-periklu wara li telgħet sa fuq nett ta' siġri twila. Jidher li l-qattusa weħlet fil-quċċata.

L-għajnuna ssejħet minnufih u membri tal-protezzjoni ċivili intervjenew fil-ħin. "Din il-qattusa ddeċediet li titla’ sa fuq nett ta’ siġra kmieni dalgħodu. Weħlet u ma setgħetx terġa’ tinżel. Grazzi kbira lil Civil Protection Malta li għenet biex din il-qattusa terġa' titniżżel b'mod sigur!"

Il-qattusa ttieħdet għall-osservazzjoni u jidher li dalwaqt ser tiġi adottata u mogħtija kenn u imħabba li jistħoqqilha. Prosit lil Protezzjoni Ċivili u grazzi minn qalbna tad-dedikazzjoni tagħkom!


Kyle Zarb