Antonella Galea Loffreda twieldet fid-29 ta’ Settembru 1977, b’hekk illum tagħlaq 42 sena!

Lil Antonella narawha ta' kull skeda bħala attriċi u preżentatriċi fuq programmi varji. Ir-raġel tagħha Joseph Galea, ukoll huwa attur u preżentatur, u kemm il-darba rajnihom fl-istess produzzjonijiet flimkien.

Għalkemm matul is-snin rajniha f’xi produzzjonijiet teatrali, Antonella hija l-aktar sinonima mat-televiżjoni. Hi ħadmet f’diversi serje tad-drama, fuq l-istazzjonijiet kollha prinċipali. Fost il-produzzjonijiet insibu, F’Baħar Wieħed, Anġli, Żafira u l-aktar riċenti Division 7.

Ritratt: Facebook / Division 7

Awguri f’din il-ġurnata Antonella!


Luke Borg