Din il-kelba li ġġib l-isem ta’ Frida qed tidħaq għax qalulha li hija l-aktar kelba brava! Mir-ritratti din it-tbissima fuq fommha nistgħu narawha faċilment.

Frida tidher li hija kelba mgħallma sewwa. Dan għax mir-ritratti nistgħu narawha tagħmel diversi affarijiet li normalment il-bnedmin jagħmluhom! Pereżempju narawha biż-żebgħa roża ma’ dufrejha, biċ-ċoff fuq rasha u anke bi ktieb f’idha! Però f’dawn ir-ritratti hemm xi ħaġa komuni; dik it-tbissima! Ġieli rajt ‘il kelb jew ‘il kelba tiegħek jitbissmu?

Facebook / Woof Woof


Yasmin Camilleri