Il-Ġimgħa li għadda, 8 ta’ Novembru, Tamara Webb ħabbret il-lifestyle brand ġdida tagħha, li semmietha The Balance Queen. Hi qalet lil Gwida.mt li rnexxielha ssib il-kuraġġ biex tagħmel dan kollu grazzi lill-komunità li jissapportjawa u lill-familjari u l-ħbieb.

Bħala l-ewwel prodott tal-brand tagħha, Tamara ħolqot ġurnal bl-isem ta’ The Balance Queen Journal.

View this post on Instagram

A post shared by TBQ ® (@thebalancequeen) on

Hi qalet lill-Gwida.mt li ispirat ruħha biex toħroġ b’dan il-prodott ghax qatt ma kienet sabet ġurnal li kien simili tiegħu li għandu x’jaqsam mal-lifestyle u l-ippjanar.

Tamara temmen li hu importanti biex tippjana għax illum il-ħajja saret mgħaġġla ħafna.

Għalhekk, f’dan il-ġurnal, Tamara taspira biex tgħin lil min jixtieq isib il-ħin għal dak kollu li jixtieq jagħmel: ħin għat-tisjir, għall-eżerċizzju, għar-rilassar, kif ukoll ħin għall-affarijiet li għandhom bżonn isiru!

View this post on Instagram

A post shared by TAMARA WEBB 💫 (@tamarawebb_) on

Hi qalet ukoll kif dan il-ġurnal huwa biss l-ewwel prodott tad-ditta tagħha u li dan għadu biss il-bidu.

Kull min jixtieq jinforma ruħu iżjed fuq dan il-ġurnal, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku www.thebalancequeen.com jew inkella jara il-profil uffiċjali ta’ Instagram @thebalancequeen.

Instagram/Tamara Webb


Nicole Barbara