Suġġett naqra jaħraq iżda t-tim ta' AWLA ma joqgħdox lura milli jinvestiga u jara x'inhu għaddej fit-toroq Maltin. Din id-darba jipprova jixtri l-kannabis, iżda mhux biss. Huma jirnexxielhom jixtru l-kannabis u jittestjaw eżatt x'fiha!
Huma se jkunu qed jiddiskutu dan kollu fuq il-programm tal-lejla. Tgħid x'ħa jsibu fiha? Ir-riżultati se jkunu xokkanti jew mistennija? It-tim ta' AWLA jikteb, "Erġajna investigajna, xtrajna u irnexxielna nittestjaw il-kannabis. X'sibna fiha? Dan u aktar illejla fid-20:45 fuq AWLA fuq ONE.com.mt."
Se tkun qed issegwi?