Janet taqsam filmat tagħha titkellem wara li rċeviet kumment jattakaha dwar il-parkeġġ għall-persuni b'diżabilità li tixtieq li jkollha. Hi taqsam filmat titkellem fid-dettall għaliex għandha bżonn dan it-tip ta' parkeġġ u l-fatt li llum qed tagħmel użu mis-siġġu tar-roti.

Hi tikteb, "Għal ħafna nies jien ispirazzjoni, imma sfortunatament għal oħrajn jien nispiċċa fil-mira. Din hija r-raġuni għaliex in-nies ma jitkellmux ħafna dwar li jkunu morda, u għaliex xi mard jibqa’ mhux magħruf għal oħrajn… imma taf xiex? Dawn in-nies jagħtuni l-kuraġġ biex inkompli aktar… għax dak li jagħmlu mhuwiex sew."

Hi tibqa' titkellem biex tqajjem aktar għarfien dwar il-kundizzjoni tal-MS. Kundizzjoni li jidher li ilha fuqha aktar minn 25 sena, iżda tul l-aħħar ftit xhur il-kundizzjoni tagħha marret għall-agħar.

Facebook / Janet Zahra Walker


Emil Calleja Bayliss