Il-politikant Alex Borg żar is-swali fejn hemm 24 tifel u tifla li għandhom l-awtiżmu u li qed isegwu kors organizzat minn Voice for Inclusion Association Gozo ma’ Hand In Hand f’Barts Queen Mary University.

Alex qal li din l-inizjattiva li hija ffinanzjata mill-Ministeru ta’ Għawdex hija waħda tajba, imma jħoss li f’Għawdex baqa xi nuqqasijiet. Dan semmihom f’post li tefa’ fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.

Fost dawn in-nuqqasijiet li jitkellem Alex Borg dwarhom hemm nuqqas ta’ għalliema ta’ appoġġ fl-awtiżmu u ‘visual impairment’ fl-iskejjel, żmien twil ta’ bejn 18-il xahar u sentejn ta’ stennija għas-servizzi tal-ACTU, li m’hemmx programmi speċjali għat-tfal bid-down syndrome, fost oħrajn.

Facebook / Alex Borg


Henzley  Bezzina