Aġġornat 16/12/2019 - F'Settembru li għadda konna ħriġna l-artiklu tal-funtana li jinsab hawn isfel. Jidher li kien hemm żvillup ta' din il-funtana! Il-Ħaddiema tal-Wastewater Operations u Water Service Corporation t'Għawdex għadhom kemm lestew dil-famuża funtana. Jidher li issa reġgħet lura f'postha hekk kif fl-aħħar ġranet sarilha sand blasting, galvanizing u żebgħa mill-ġdid. 

Din il-funtana issa qed tiffuzjona u qed titgawda mill-publiku!

Settembru 2019: Waqt li lbieraħ konna qed nagħmlu ftit riċerka, skoprejna dan ir-ritratt ta' funtana ġdida li saret quddiem il-Water Services Corporation fix-Xewkija, Għawdex.

funtana

Facebook / The Salott (RUBS) - Kevin Gatt

Għall-bidu ħsibnieha xi ċajta. Ħsibna li xi ħadd tefa' xi bricks quddiem l-uffiċini, iżda mbagħad ikkonfermajna li din hija vera funtana.

Bejnietna ta' Gwida.mt kellna opinjonijiet diversi fuqha. Hemm min għoġbitu għal raġunijiet differenti u hemm min m'għoġbitux. 

Hemm min għadu qed jaħsibha xi ċajta u li dalwaqt se jneħħuha.

Inthom x'taħsbu? Ivvutaw hawn taħt.


Anthony Baldacchino