Ħadna lura ftit snin mhux ħażin dan ir-ritratt. Qed tagħrfu min hi? Ma noħodhiex bi kbira jekk ma rnexxilkomx għax inbidlet xi ftit minn dak iż-żmien. Dik mhi ħadd ħlief il-preżentatriċi u attriċi fost ħafna affarijiet oħra Eileen Montesin li barra li hi sinonima ma' diversi programmi, hi sinonima wkoll mad-drama. 

Ritratt: Facebook / Eileen Montesin

Lil Eileen din is-sena ħa nkunu qed narawha tippreżenta Family Affair fuq Net TV. Fuq l-istess programm ħa naraw lil Christine u wkoll lit-tifla ta' Christine Nina. Forsi nkunu nistgħu naraw xi xebħ bejn dan ir-ritratt u Nina. F'isem Gwida.mt nawguralhom l-isbaħ suċċess f'din l-avventura li tibda minn Ottubru li ġej. 

Facebook / Eileen Montesin


Emil Calleja Bayliss