Fuq l-Instagram story tal-profil tagħha, Melanie Kelly illum fetħet qalbha dwar l-affarijiet li ġrawlha dil-ġimgħa. Fl-istess ħin, b’mod verament onest, bdiet ukoll tirrifletti fuq ħajjitha.

Semmiet “persuni li mingħalik li ilek tafhom snin u jitrattawk b’ċertu mod, u int tgħid ‘fejn kont qabel f’hajjithom dawn?’”

Qalet li dil-ġimgħa ħassitha down ħafna dwar ċertu nies li hi tħoss li ma tafx fejn qiegħda magħhom.

“Jien minn dejjem kont nemmen fit-tajjeb tan-nies, imma mbagħad jibdew jiġru ċertu affarijiet li tgħid ‘imma jien baħnana li noqgħod nemmen li kulħadd jiġi minn post tajjeb?’”

Iżda hawnhekk jisbieħ dak li bdiet tgħid Melanie. Fil-pront qalet li jiġri x’jiġri hi tirrifjuta li tbiddel il-perspettiva tagħha dwar il-ħajja. “M’inix ħa nsir negattiva u ngħid ‘le għax kulħadd hekk u kulħadd hekk’.”

melanie

Hi tgħid li sal-Erbgħa li ġej se tkun ippakkjat u telqet mid-dar. “Jien looking forward għal bidu ġdid u ħajja ġdida b’daħqa fuq wiċċi.”

Dan il-messaġġ li kellha l-kuraġġ taqsam Melanie naħseb li huwa importanti ħafna. Jiġri x’jiġri fil-ħajja, fl-aħħar mill-aħħar hija l-perspettiva tagħna li se tgħinna nimxu ’l quddiem, nibqgħu fejn aħna jew inkella mmorru lura. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, kliem Melanie jmisslek qalbek żgur.

Facebook/Melanie Kelly


Nicole Barbara