Drama Maltija b’storja mill-isbaħ dejjem tinżel għasel mas-segwaċi tat-televiżjoni Maltija, u tista’ tgħid li d-drama Friefet, laqtet il-musmar fuq rasu. Dan għaliex kienu l-bosta li faħħru din is-serje fuq il-midja soċjali. Is-serje Maltija Friefet bdiet ilbieraħ, 30 ta' Settembru 2024, fuq Net Television. Din is-serje, li għandha bħala bażi r-rumanz bl-istess isem miktub minn Sharon Calleja fl-2017, tinkludi drama storika u tippreżenta l-ħajja fil-Gżejjer Maltin waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.
Tajjeb li wieħed jgħid li Friefet huwa wieħed mill-bosta kotba miktubin mill-pinna ta’ Sharon Calleja, Avukata Għawdxija li għandha ferm għal qalbha l-kitba u l-irreċtar. Bosta jiftakru s-serje Rubini li huwa wkoll ktieb mitkub mill-istess awtriċi.
Facebook/Friefet