F’intervista ma’ Peppi Azzopardi għall-Caritas, Ċensina Cachia ta’ 78 sena rrakkuntat episodji diffiċli li għaddiet minnha f’ħajjitha, u kif dawn affettwawha u ġabulha ħajjitha solitarja. Hi sabet il-Caritas hemm għaliha meta sabet ruħha f’dan iż-żmien diffiċli, u issa ilha tattendi l-attivitajiet tagħhom għal iktar minn 30 sena.
Hi stqarret kif din l-għaqda għenitha toħroġ mis-solitudni tagħha. “Għaddejt minn ħafna. Allaħares ma sibtx għajnuna, imma dejjem batli l-għajnuna Alla” qalet Ċensina.
Biex tgħin lil nies fl-istess sitwazzjoni, Caritas bħalissa qegħdin jaċċettaw id-donazzjonijiet anka permezz ta’ SMS fuq 51002035 – €20 / 51902089 – €50.