Kien l-14 t'Awwissu 2021 meta żżewwġu l-koppja ħelwa Glenn Zammit Freeman u Kurt Vassallo, wara stennija kbira għal dan il-jum prezzjuż! Illum għadda xahar eżatt u l-koppja xtaqet tfakkar din il-ġurnata permezz ta' żewġ ritratti mill-isbaħ.

View this post on Instagram

A post shared by Kurt Vassallo (@krtiss)

Wara li kellhom jipposponu t-tieġ tagħhom f'Lulju tas-sena 2020, fl-aħħar it-tieġ tagħhom sar xahar ilu! Glenn u Kurt uffiċjalment qalu iva lil xulxin u kellhom tieġ kbir li żgur ħa jibqgħu jgħożżu. Din il-koppja iktar minn qatt qabel iġġib ferħ u sservi ta' kumpanija sabiħa fuq il-midja soċjali, speċjalment permezz tal-Instagram. Il-ħajja miżżewġa tagħhom hi ta' ispirazzjoni għal bosta persuni li jsegwuhom.

 Glenn u Kurt huma magħrufa talli salvaw lil Stilla u li Salvu li jidhru mhux ħażin fuq l-Instagram tagħhom. Lura f'Ottubru 2018, il-koppja ġabu fuq il-mezzi soċjali il-proposta doppja.


Kyle Zarb