Tliet snin ilu tħabbret il-mewt ta' Godwin Lucas, kantant lokali li rajnieh f'diversi festivals tul is-snin fosthom L-Għanja tal-Poplu, il-Festival tal-Kanzunetta Maltija u l-Malta Song For Europe.
Fost dawk li fakkru l-memorja tiegħu llum kien il-kantawtur u kompożitur Mark Spiteri Lucas, li huwa n-neputi. Mark kiteb, "Diġà tliet snin Ziju. Strieħ fis-sliem..."
Lura fl-2021 Godwin kien għamel dwett flimkien ma' Mark waqt l-ewwel edizzjoni ta' Mużika Mużika, fejn kantaw il-kanzunetta Għanja Lil Ibni.
Fl-1984 Godwin ħa sehem għal-ewwel darba fil-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija bil-kanzunetta Ma Rridx Ninsa.
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt insellmu l-memorja ta' Godwin Lucas, u għal dejjem grati għall-mużika li tagħna tul is-snin.
Facebook/ Mużika Mużika