Kull Settembru jsir l-avveniment anwali fejn Apple tħabbar il-prodotti tagħha. F'din is-serata li seħħet ftit minuti ilu kienet imxandra mingħajr udjenza minħabba l-pandemija. Apple tkellmet fuq il-prodotti l-ġodda iżda għall-kuntrarju tas-snin ta' qabel, f'din is-serata ma tħabbarx l-iPhone l-ġdid, dan mistenni li jiġi żvelat aktar tard.

Minflok Apple ħabbret żewġ arloġġi ġodda, 'Apple watch series 6' li qed jgħin fil-ġlieda kontra l-Covid-19 billi jiċċekja jekk l-utent ħassilx idejh jew le. L-istess arloġġ għandu monitor sabiex javża lill-utent rigward l-ossiġnu fid-demm u jinfurmah jekk dan naqasx ħafna. Fl-istess avveniment Apple ħabbret iPad ġdida kif ukoll l-iOS 14 li ser joħroġ għada. 

Iżda ħafna ammiraturi tal-iPhone jidru li huma diżapuntati! X'taħseb?

Apple.com


Anthony Baldacchino