Kanzunetta klassika ta' Christina Aguilera, The Voice Within interpretata minn Destiny ħalliet lil kulħadd b'ħalqu miftuħ. Mhux li tant imdorrijin nisimgħu lil Destiny tkanta kanzunetta ta' tip ballad imma meta tiddeċiedi li tagħmel waħda taf kif tqanqal l-emozzjonijiet ta' dak li jkun qed jisma' lil kantanta.

Ray kellu kliem ta' tifħir dwar l-interpretazzjoni ta' Destiny u ċertament li hemm ħafna li jixtiequ jaraw lil kantanta tkompli tavvanza f'din il-kompetizzjoni sabiex naraw aktar u aktar x'għandha x'toffri. Kulħadd jaf li Destiny kapaċi tkanta, il-mistoqsija hi kemm hi versatili u s'issa qed turi dan.


Emil Calleja Bayliss