Fil-15 ta' Mejju li għadda Malta spiċċat ir-rebbieħa tal-premju tal-OGAE b'363 punt. Destiny għal Malta ġiet iddikjarata r-rebbieħa skont l-istħarriġ internazzjonali Je me casse għall-ewwel darba!

fd

Illum Destiny waqt avveniment speċjali ġiet onorata bil-premju uffiċjali! Fit-tieni post kienet ġiet l-Iżvizzera b’358 punt, ħames punti biss inqas mir-rebbieħa. Franza tispiċċa fit-tielet post b’318 punt. 

fd

Preżenti kienu l-membri ta' OGAE Malta li organizzaw avveniment apposta. Dawn huma Johann Myers, Joseph Barber, Luke Borg, Adrian Refalo u Joseph Pace. 

Minn qalbna ngħidulek prosit Destiny ta' dan l-unur li rbaħt f'isem Malta!

Deo Debono


Kyle Zarb