Denzel Jo Armani, sa minn ċkunitu kien destinat ikun DJ u ta’ 6 snin, Denzel kien diġà ffissat fuq Tomorrowland. Jiġi t-tifel ta' Joseph Armani u ta' età żgħira spiċċa fil-grownd tal-world cup! Kien irnexxielu jintervista lid-DJ Steve Aoki! Qabel beda l-iskola organizza party għal sħabu biex jiddevertu qabel jibdew!

View this post on Instagram

A post shared by Denzel Jo Armani (@denzeljoarmani) on

Kif bdejt u meta daqqejt l-ewwel darba?

Darba missieri qalli biex immur miegħu x’imkien u jien għedtlu ok. Ma qallix fejn konna sejrin. Xħin wasalna qalli li dakinhar kienet ser tkun l-ewwel lezzjoni tiegħi tad-DJing ġewwa Gianpula.

Fraħt għax kont ilni ngħidlu biex nibda ndoqq. L-ewwel darba kienet f’boat party privat li kellu jdoqq fih id-daddy. Kont mort miegħu u afdali biċċa. Dakinhar ħsibt li m’għamiltx żball imma filfatt kien hemm missieri lest u attent biex jikkoreġini. Tgħallimt ħafna!

Kif tħossok li kellek opportunità li ddoqq f'Tomorrowland?

Sa minn mindu kont żgħir kont iffissat fuq Tomorrowland. Kont immur l-iskola u ngħidilhom jekk għoġobhomx wara l-weekend u sħabi kienu jibqgħuli mbellħin għax qatt ma kienu semgħu bih. Meta daqqejt hemm kelli eċitament imma la kelli l-missieri ħdejja ħassejtni kunfidenti.

View this post on Instagram

A post shared by Denzel Jo Armani (@denzeljoarmani) on

Darba kont fil-grawnd tal-World Cup, x’tiftakar?

Esperjenza li ma ninsa qatt. Dak kont tfajt ismi biex jintgħażel xi ħadd li jmur fil-ground tal-futbol fil-World Cup mal-plejers. Għajtu ismi u lanqas biss ridt nemmen! Kienet ġimgħa sabiħa ħafna hemm.

Xħin inżilt fil-grawnd u nara l-plejers li kont naf bħal, Messi, Higuain, Snejder, Robben, Blind u hafna aktar, kont vera eċitat. Kien mument li ser nirrakkuntah lil uliedi meta nikber!

Iltqajt ma’ Steve Aoki, kif kienet l-esperjenza?

Kemm nammirah lil dak id-DJ, kont iltqajt miegħu ġol-lukanda qabel ma kellu kunċert f’Malta, grazzi għall-ħbieb tad-daddy tal-Fresh Music Agency. Kont għedt lil missieri biex jiġbidli vidjow bil-mobile nintervistah.

Kont staqsejtu fuq ħafna affarijiet u kont għedtlu li kont smajt l-album li kien ħareġ diġà proprju 10 sigħat qabel. Baqa’ mbellaħ qalli kif jista’ jkun? Saħansitra kont għedtlu liema track kienet toġgħobni l-aktar. Missier dakinhar kien pront u wrieh vidjow tiegħi indoqq u kien qallu li għoġobtu!

View this post on Instagram

A post shared by Denzel Jo Armani (@denzeljoarmani) on

Kif għaddejtu s-sajf?

Dan għalija kien l-isbaħ sajf ta’ ħajti! Daqqejt f’Tomorrowland u f’ħafna attivitajiet! Din is-sena wkoll organizzajt attivita għat-tfal biss! Back to School party għall-istudenti tampari. Ħadt pjaċir li tajt pjacir lil sħabi u sħabhom! Atmosfera sabiħa li tagħti gost lil sħabek.

X’inhi x-xewqa tiegħek issa?

Issa qed nistudja l-iskola u ser nagħżel is-suġġett tal-Inġinerija fil-mużika biex inkompli nikber f’dan il-qasam. Inkompli nitgħallem m’għand missieri u forsi xi darba nkun l-ewwel DJ fic-charts ta’ DJ Mag!

Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin.

Clint Gerald Attard


Emil Calleja Bayliss