Demi Moore qalet li ġiet stuprata fl-età ta '15-il sena fid-dar tagħha stess, minn raġel li stqarr li ħallas lil ommha madwar €500. L-istilla ta’ Hollywood li llum għandha 56 sena, għamlet din l-allegazzjoni waqt intervista fuq il-programm Good Morning America biex tirriklama l-ktieb tagħha Inside Out.

View this post on Instagram

A post shared by Demi Moore (@demimoore) on

Meta tkellmet ma' Diane Sawyer, qalet li kienet waslet id-dar u sabet raġel kbir, li kien jaf lil ommha, fl-appartament tagħha. Wara li stupraha, Moore tgħid li qal li ommha kienet tħallset. Omm Moore kella problema kbira bix-xorb alkaħoliku, u Moore tgħid li mhux l-ewwel darba li ommha ħaditha fil-ħwienet tax-xorb magħha meta kienet żagħżugħa biex l-irġiel jinnutawhom.

Ommha mietet fl-1998. Meta kienet mistoqsija dwar jekk emmnitx dak li r-raġel kien qal, Moore tgħid li fil-fond ta' qalbha le imma b'xi mod ommha tatu l-aċċess. Moore titkellem dwar kif salvat ħajjet ommha meta provat twettaq suwiċidju fil-ktieb, u kif it-tfulija tagħha kienet intemmet ħesrem.

View this post on Instagram

A post shared by Demi Moore (@demimoore) on

Moore tkellmet ukoll dwar il-problemi personali li kellha hi kemm lura għas-snin tmenin u anke meta telqet lil Ashton Kutcher lura fl-2012. Moore, fl-1990 kienet ħadet sehem fil-film Ghost flimkien ma' Patrick Swayze li kkonferma bħala waħda mill-akbar stilel ta' Hollywood.

Instagram / Demi Moore


Emil Calleja Bayliss