Kieku bħal lbieraħ kien għeluq snin Rennie Vella, il-kantant, attur u preżentur li ħalla lil din id-dinja fl-2017. It-tifla tiegħu Claire, qasmet ritratt mit-tfulija tagħha flimkien ma' ħuha u missierha.

View this post on Instagram

A post shared by Claire Vella (@clair3_vella) on

Claire ħalliet messaġġ qasir ma' din il-memorja ħelwa fejn kitbet, "Dejjem se tkun f'qalbi għax hemm int għadek ħaj." Dan jaħbat ir-raba' għeluq snin Rennie minn meta ħalliena. Hu kien personalità popolari ferm tal-telespettaturi lokali u t-telfa tiegħu fuq it-televiżjoni ħafna għadhom iħossuha.

Strieħ fis-sliem Rennie.


Emil Calleja Bayliss