Taf il-bidu tagħha mill-iskola fejn tgħid li hemm beda kollox għaliha; mill-primarja ta' Raħal Ġdid u wara marret fl-iskola ta'Marija Reġina. Iżda l-kanzunetta Ismagħni ftit ħabib tibqa' waħda mill-aktar mitluba u maħbuba, tgħidilna Chiara.

Ilkoll nafu kemm Chiara hija mara ta' suċċess; dak li temmen fih, twettqu u tagħmlu realtà. Chiara hija wkoll l-unika kantanta Maltija li ġabet żewġ riżultati daqshekk viċin ir-rebħ tal-Eurovision; it-tielet u t-tieni post mill-istess persuna.

Meta staqsejnieha għandhiex ħsieb terġa' tieħu sehem fil-Eurovision, qaltilna li dejjem kellha x'xewqa taqta' x-xewqa ta' missiera li tirbaħ dan il-festival għal Malta "imma fl-istess ħin naħseb li sforz iċ-ċirkostanzi ta' kif isir kollox fid-dinja mużikali, mhux faċli li nerġa' nsib ċans ieħor biex nipprova!", tenniet Chiara.

Ritratt: Facebook/ Chiara Siracusa

Chiara qaltilna wkoll li d-dinja tal-ispettaklu Maltija hija sabiħa ħafna u tixtieq li kieku jirritornaw ċerti festival bħal dak tal-kanzunetta Maltija; kanzunetti b'ilsienna fejn il-kantanti jkunu jistgħu juru l-kapċitajiet tagħhom waqt li r-repertorju tal-kaznuentti bil-Malti jkompli jikber. "Sabiħ li kieku ċerti kompożiżżjonijiet ma jkunux daqshekk irranġati għax in-nies iħossu li ma għandhomx ċans jagħtu opinjoni meta d-deċiżjonijiet ikunu meħudin diġà minn ħaddieħor.

Ta' min nixtarru sew kliem min għandu mhux biss esperjenza, imma l-mużika ġo qalbu! Prosit u grazzi tal-onestà tiegħek Chiara! Min jaf, forsi għad nerġgħu narawk tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision, għaliex le? X'taħsbu intom?!

Ritratt: Facebook/ Chiara Siracusa


Clifford Galea