Il-kok Neil mhux wiċċ ġdid! Rajnieh kemm-il darba fuq it-televiżjoni jsajjar diversi riċetti fuq programmi lokali. Is-simpatija tiegħu dejjem ġibdet in-nies u r-riċetti mill-aqwa tiegħu żgur li niżlu tajjeb mat-telespettaturi. Barra minn hekk rajnieh ukoll f’xi intervisti mat-tfajla tiegħu Lara. Min jista’ jinsa l-famuża intervista ta’ Min Imissu?
Neil wasal għall-proġett ġdid f’ħajtu u avvenutra ġdida. Lejliet dan il-jum Lara kitbitlu, “Dejjem maġenbek! Aħna ma naqblux fuq għadd ta’ affarijiet (m’hemmx dubju li ninqabdu hawn taħt). Jien ngħid iswed inti tgħid abjad, iżda aħna dejjem ta’ sapport lil xulxin. Għada tibda kapitlu ġdid f’ħajtek.”
Hi tawguralu u ttemm tgħid, “Ngħid lil kulħadd kemm jien tassew kburija bik.” Awguri Neil! Nawgurawlek kull suċċess.
Facebook / Neil Azzopardi