Il-paġna Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp Rabat tal-Imdina ħabbret il-mewt ta' Pawlu Chetcuti, raġel li tant ta kontribut fil-komunità inġenerali.

"B'Sobgħa titħabbar il-mewt ta' Pawlu Chetcuti, li kien membru attiv fi ħdan l-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp, l-Għaqda Mużikali L'Isle Adam u l-Komunita Ġużeppina kollha."

Raġel li serva għal snin sħaħ bħala assistent-teżorier tal-istess Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp kif ukoll bandist attiv tal-Banda L'Isle Adam. Ġewwa l-maħżen kien jagħti s-sehem tiegħu ukoll.

"Pawlu kien devot kbir ta' San Ġużepp u l-Ġimgħa l-Kbira li kienet ukoll għall-qalbu u dejjem ta' sehem tiegħu fiha."

Kondoljanzi lill-familjari kollha, qraba u ħbieb f'isem it-tim ta' Gwida.mt Strieħ fis-sliem Pawlu.


Kyle Zarb