Bjorn Formosa sellem il-memorja ta' resident maħbub immens f'DAR Bjorn li għadu kemm ħalla din id-dinja - Charlie.
"Charlie, għalina int kont xempju ta’ kuraġġ u determinazzjoni. Għalkemm il-professuri kienu tawk biss 9 xhur ħajja, irnexxielek tgħix għal 20 sena sħaħ bl-ALS, b’qalb kbira li qatt ma ċediet," jikteb Bjorn
Hu jkompli jsemmi dwar kemm kien iġorr miegħu spirtu pożittiv kull fejn ikun. "Kull persuna li ltaqgħet ma’ Charlie f’DAR Bjorn jaf kemm kien raġel ferrieħi, dejjem jitbissem, minkejja li kien għaddej minn diffikultajiet kbar. Ħa nimmissjawk ħafna!"
Isemmi lil martu Joan, li baqgħet tieħu ħsieb żewġha Charlie u baqgħet hemm għalih kull mument. Jagħlaq bl-eżempji tajbin li ħalla warajh Charlie u li minnhom kulħadd seta' japprezza aktar il-ħajja.
"Charlie ħallielna lezzjoni – dik li minkejja kollox, hemm xorti li tgħix b’dinjità u imħabba. Grazzi Charlie li kont parti minna. Strieħ fi sliem."
Bjorn iħabbar li l-funeral ta' Charlie ser isir fil-Kolleġġjata ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi għada t-Tlieta, 15 ta’ Ottubru fit-15:30.