Lelio Spiteri, li huwa l-kap tal-iskola The Happy School f’Għawdex, qasam magħna episodju ħelu li ġara f’din l-iskola.

Minn li jidher, student mar fl-uffiċju ta’ Lelio u staqsieh “Mr.Spiteri, tista’ tagħmilli dawn photocopy?”. Lelio ma wiġbux u l-istudent reġa staqsieh l-istess mistoqsija imma din id-darba sejjaħlu b’ismu u mhux Mr.Spiteri, u din id-darba rrispondieh.

Lelio qal li hu jrid ikun ħabib tal-istudenti tiegħu, li jgħinhom jikbru fis-snin li jkunu studenti tal-iskola fejn hu huwa s-surmast, u ma jridx jidher superjur.

Prosit Lelio, dejjem turi għaliex int maħbub minn dawn l-istudenti!


Henzley  Bezzina