Koppja ħelwa li spiss itellgħu ritratti flimkien minn dak li jesperjenzaw f'ħajjithom. Ftit ilu, Gwida.mt kienet tkellmet mal-koppja fejn dawn spjegaw li huma jħobbu jaqsmu l-ferħ li jesperjenzaw bejniethom mal-pubbliku. U hekk kiteb Glenn fejn tenna li din is-sena ser tkun l-aqwa għalihom għax propju ser jiżżewġu.

Glenn u Kurt huma mistennija jiżżewġu fit-18 ta' Lulju li ġej. Il-preparamenti ilhom li bdew u issa beda l-countdown. Fost il-passatempi tagħhom hemm is-safar u l-fotografija. Jemmnu wkoll f'attitudni pożittiva lejn il-ħajja.

Minn qalbna nawgurawlkom l-isbaħ sena Glenn u Kurt. Awguri minn issa għal sena mimlija memorji sbieħ. Bilħaqq, il-kelba Stilla ser tkun mistiedna għat-tieġ?

Ritratt: Facebook/ Glenn Zammit Freeman


Clifford Galea