Il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola llum kienet qed tiċċelebra għeluq sninha. Roberta twieldet fl-1979, li jfisser li llum għalqet 42 sena.
Fuq il-midja soċjali, hi rringrazzjat lil kulħadd tax-xewqat sbieħ. Iżda x’għamlet eżatt għal għeluq sninha? “Għaddejt għeluq snini soċjalment distanti mal-iskrivanija tiegħi nipprepara għas-sessjoni plenarja ta’ din il-ġimgħa,” kitbet hi. “Ħallejt lili nnifsi nieħu cupcake però - li nagħlaq 42 sena f’Blue Monday deher l-uniku mod xieraq kif ‘niċċelebra’.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw mill-qalb lil Roberta ta’ din il-ġurnata tant speċjali għaliha.
Facebook/Roberta Metsola