Deċiżjoni dwar jekk terġax tibda l-amministrazzjoni tal-vaċċin Johnson & Johnson kontra l-Covid-19 għandha tittieħed nhar il-Ġimgħa, meta hu skedat li jiltaqgħu numru ta’ esperti li qed jagħtu l-pariri liċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard, skont Dr Anthony S. Fauci, espert ewlieni fil-mard infettiv fl-Istati Uniti.

Waqt programm fuq CNN hu qal, "Naħseb li sa dak iż-żmien se jkollna deċiżjoni. Ma rridx naqbeż is-C.D.C. u l-F.D.A. u l-kumitat konsultattiv," żied jgħid, iżda qal li jistenna li l-esperti jirrakkomandaw "xi tip ta' twissija jew restrizzjoni" fuq l-użu tal-vaċċin.

Il-vaċċin waqaf jingħata wara li sitt nisa bejn l-etajiet ta' 18 u 48 li kienu rċevew il-vaċċin ġimgħa sa tliet ġimgħat qabel kellhom blood clots. Waħda min-nisa mietet, u oħra ġiet rikoverata l-isptar f'qagħda kritika. B'hekk saret analiżi għala dan seħħ u qed jiġi diskuss x'għandu jsir. Il-vaċċin waslet f'pajjiżna wkoll iżda s'issa mhux qed tingħata.

Tajjeb li nfakkru li dawk li għandhom aktar minn 50 sena jistgħu jirreġistra għall-vaċċin fuq vaċċin.gov.mt. Ejja ħa nkomplu nitlaqqmu lkoll!


Emil Calleja Bayliss