Xi xhur ilu, id-DJ Malti magħruf bħala Debrii kien ħareġ remix tal-kanzunetta tant popolari tas-serje Simpatiċi u dan kien faqa’ Malta b’dik ir-remix u kienet ukoll indaqqet f'xi parties.

Issa Debrii għoġbu jagħmel remix oħra imma din id-darba tas-sigla tal-aħbarijiet ta’ TVM mis-sena 1989. Fil-filmat li tefa’ fuq il-paġna tiegħu ta’ TikTok beda billi semma’ biċċa mis-sigla oriġinali, imbagħad beda t-tranżizzjoni minnha għar-remix, sa ma fl-aħħar semma’ r-riżultat komplut tar-remix.

@iamdebrii ma nafx x'kienu qed jitfaw fit-te' dak iż-żmien 🥵🥵 #malta #maltatiktok #malta #ahbarijiet #tvm ♬ original sound - DEBRII

Issa l-mistoqsija hija din: jista’ jkun li Debrii ser idoqq din ir-remix tal-aħbarijiet mill-1989 f’xi klabb jew f’xi party li jkun se jdoqq fih?  

Facebook / Debrii


Henzley  Bezzina