Illum hi ġurnata speċjali għall-kantanta lokali Ylenia Vella hekk kif qed tiċċelebra għeluq sninha. Ylenia kitbet dwar dan flimkien ma' ritratt għall-okkażjoni, "Għal deċennju ġdid! 30 sena llum!" Bosta kienu li awgurawlha u kkumplimentawha fis-sezzjoni tal-kummenti.

Lil Ylenia rajnieha f'diversi festivals lokali fosthom snin ilu fil-Malta Junior Eurosong. Fl-2011 Ylenia rebħet l-edizzjoni ta' Don't Stop Me Now, wara prestazzjoni impekkabbli tal-kanzunetta Halo. Sentejn wara fl-2013 Ylenia kienet waħda mis-semifinalisti tal-Malta Eurovision bil-kanzunetti Tides of Illusion.

Nawgurawlek minn qalbna Ylenia!

Facebook/ Ylenia Vella


Kyle Zarb