Illum il-jum iddedikat għall-missirijiet kollha. Ħafna huma dawk li bħal lum joħorġu jieklu flimkien ma’ missierhom sabiex jiċċelebraw dan il-jum speċjali. Għal uħud dan ser ikun l-ewwel Jum il-Missier li ser ikunu qedgħin jiċċelebraw. Fost dawn il-persuni hemm:

1. Il-Ministru tat-trasport u l-infrastruttura l-Onor. Ian Borg

View this post on Instagram

A post shared by I A N B O R G (@borg_ian) on

Fi 30 t’Awissu, L-Onor. Ian Borg u s-sinjura Rachelle ħabru fuq il-midja soċjali li kellhom wild. Eve, t-tifla tal-ministru għad għandha biss 9 xhur, tgħid 3 xhur oħra għall-quċċija tagħżel karozza?

2. Il-Kantant u t-tabib Dr. Gianluca Bezzina

View this post on Instagram

A post shared by Gianluca Bezzina (@gianlucabezzina) on

Il-kantant simpatiku li rrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2013 bil-kanzunetta Tomorrow sar missier ukoll. Propju ġurnata biss qabel l-aħħar tas-sena 2018, Gianluca u Vanessa Bezzina saru ġenituri tat-tifla Lyla.

3. Il-Membru Parlamentari l-Onor. Alex Muscat

View this post on Instagram

A post shared by Alex Muscat (@muscat_alex) on

Wieħed mill-parteċipanti tal-iSpjun li kien jixxandar fuq TVM fl-2004 kien Alex Muscat. Inzerta li waħda mil-produtturi tal-programm kienet Rachel Cachia (il-preżentatriċi ta’ Gadgets). It-Tnejn saru jafu lil xulxin minn fuq dan il-programm u tlett snin wara bdew joħorġu ma’ xulxin.  Ħdax il-sena wara, propju fi 18 ta’ Settembru, Alex Muscat u Rachia Cachia jsiru ġenituri ta’ Eva. Fl-2017, Alex ikkontesta fl-elezzjoni ġenerali u llum huwa membru parlamentari f’isem il-partit Laburista.

4. Il-Membru Parlamentari l-Onor. Ryan Callus

View this post on Instagram

A post shared by Ryan Callus (@ryan_callus) on

Anke l-Membru parlamentari tal-partit Nazzjonalista, Ryan Callus sar missier għal-ewwel darba. Fid-29 ta' Novembru l-Onor. Ryan Callus u l-mara tiegħu Maria kellhom lil Nina. Nina ġiet imsemmija għal-omm Ryan li sfortunatament ħallietna.

5. Il-Preżentatur, mudell, attur, influencer etċ etċ … Ben Camille

View this post on Instagram

A post shared by Ben Camille (@ben.camille) on

U fl-14 ta’ Diċembru li għadda, wara ħafna stories fuq Instagram u Facebook, Ben Camille issir missier għal-ewwel darba wkoll. Ben u Xtina semmew it-tarbija tagħhom Elle. Fuq ritratt li ħalla Ben irringrazzja lil infermiera u l-istaff ta’ Mater Dei u qal li ma setax jemmen li issa sar missier. Elle kienet hemm waqt li Ben kien joqgħod jiprepara għall-programm X Factor fil-fażijiet tal-LIVE shows, filfatt ta’ sikwit konna naraw lil Ben jipprattika l-iskript ma’ bintu Elle. #eċitazzjoni

6. L-aktar missier frisk!! JD Patrick

Bħal ma stqarr fuq il-Morning Vibe fuq Vibe FM, peress li JD Patrick iqum kmieni, s’issa kuljum qed jagħmel video call mal-mara biex jara lil ibnu Julian. Fil- 11:40 ta’ filgħaxija tat-23 ta’ Mejju, JD Patrick u l-mara tiegħu Stephanie kellhom lit-tarbija Julian. F’dan ir-ritratt naraw l-ewwel darba li Julian mar Għawdex flimkien mal-ġenituri!

It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jawgura lil missirijiet kollha f’din il-ġurnata speċjali. Jekk int qed tiċċelebra l-ewwel Jum il-Missier jew taf lil xi ħadd ittagjaħ fil-kummenti.


Anthony Baldacchino