Il-pandemija ma tantx laqtithom tajjeb lil dan il-grupp ta' studenti li kellhom jiġu jżuru pajjiżna mill-Università ta’ Nottingham Trent. Huma qed jipprotestaw wara li l-vjaġġ ta’ studju ta' ħamest ijiem f’Malta ġie kkanċellat minħabba restrizzjonijiet ta’ vjaġġar miġjuba minħabba l-Coronavirus.

View this post on Instagram

A post shared by Nottingham Trent University (@nottinghamtrentuni) on

Skont il-gazzetta Ingliża The Times, huma kellhom ikollhom żjarat f'għadd ta' binjiet ġewwa l-Belt Valletta, binjiet fuq stil Barokk. Huma kellhom pjanat li jmorru jieklu f'restorant fuq l-ilma u kellhom jgħaddu dawn il-ħamest ijiem f'lukanda ta' ħames stilel ġewwa San Pawl il-Baħar, iżda minn dan ma seħħ xejn.

L-istudenti talbu għall-flus lura madankollu l-Università ħarġet b'forma differenti ta' kumpens. Talbithom jiktbu esej ta' 2,500 kelma dwar "metodi ta' xogħol ta' manutenzjoni, tiswijiet u xogħlijiet ta' restawr fuq tal-wirt."

View this post on Instagram

A post shared by Tania Sultana (@taniasultana75) on

Ma setax jonqos li din ma niżlet xejn tajjeb mal-istudenti! L-Università jidher li qed tgħid li m'għandhiex għalfejn tħallas peress li l-mawra ġiet ikkanċellata minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19.

Instagram / lorrieannv

Emil Calleja Bayliss