Għall-oriġinalità tal-ewwel nieħdu aħna l-Maltin. Dan l-aħħar snin kellna fenomenu ta’ ismijiet oriġinali, ismijiet li qatt ma smajna bihom qabel. Hawn min jiddesrkivihom strambi, imma nistqarr li nippreferi l-kelma oriġinali.

Hemm element ta’ kreattività enormi meta wieħed jiddeċiedi li flok isemmi t-tifel jew tifla tiegħu xi isem li sema’ bih qabel, jiddeċiedu li jaħseb u jqalleb il-kurituri ta’ moħħu biex joħroġ b’xi ħaġa mhux tas-soltu, xi ħaġa differenti li tiġbed l-attenzjoni.

View this post on Instagram

A post shared by B As Blue (@b.as.blue) on

Kull tarbija speċjali f’għajnejn il-ġenituri tagħha u ma jistax jonqos li jkollha wkoll isem speċjali. Hawn min flok joqgħod iqalleb il-kurituri ta’ moħħu jistaqsi dik id-daqsxejn fuq Facebook u l-idea li joħorġu huma brillanti.

Aħna ta’ Gwida.mt konna kemxejn għassa fuq Facebook u dan l-aħħar iltqajna ma’ post partikolari fejn omm bdiet titlob ismijiet oriġinali għat-tarbija tagħha. L-omm jindika li ħa jkollha tifel u dawn uħud mill-ismijiet li ġew in-nies issuġerrew.

  • Zuko
  • Bohemia
  • Leonidas
  • Aang
  • Iroh
  • Sokka
  • Ozai
  • Melkisedek
  • Bubu
  • Eunice
  • Kaisaac
  • Braydon

Nistqarr li kultant isem komuni u sempliċi, taf jagħmillek ħajtek kemxejn aktar faċli sakemm ma tispiċċax fil-klassi ma’ xi ħadd bl-istess isem u kunjom bħalek. Anke l-istess isem iħawwdek kultant, kemm fil-klassi u anke fil-post tax-xogħol!

Imma meta tħares lejn dawn l-artisti l-kbar, tista’ tgħid kollha b’xi isem oriġinali. Ħafna minnhom ikunu biddlu isimhom u jkollhom dak li hu magħruf bħala stage name, imma jekk ismek oriġinali anke dan jirnexxielek tevita! Xi trid aktar!

Għandek xi ismijiet oħra oriġinali li ġieli smajt bihom, nieħdu gost nisimgħu mingħandek. Forsi dawk li ħa jkollhom xi tarbija jispiraw ruħhom ukoll.

Instagram / b.as.blue


Emil Calleja Bayliss