Wieħed mill-parteċipanti ta' Hazzzard Nicholas John Borg Bonaci tkellem dwar ix-xhur diffiċli li għadda minnhom dan l-aħħar. Fuq facebook tefa' ritratt flimkien mar-raġel tiegħu Edward fejn qal li huwa l-aktar ritratt li għalih ifisser kollox.
Irringrazzjah tas-sapport kollu li tah f'dawn il-mumenti u sostna li jibqa' jħobbu sal-aħħar nifs ta' ħajtu. L-appoġġ tiegħu, qed jgħin lil Nicholas biex jaqbeż kull limitu. Hekk tenna l-parteċipant.
Fl-aħħar nett, fakkar lill-pubbliku biex ma jaqtgħux qalbhom għaliex il-maltemp qed hemm għal kulħadd. "Mill-iżbalji titgħallem u l-kuraġġ jiġi, meta tħares 'il quddiem," temm jgħid Nicholas. Ibqa' xerred id-determinazzj0oni tiegħek Nicholas!
Ritratt: Facebook/ Nicholas John Borg Bonaci