Illum qed tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi Graziella Montebello u l-partner tagħha, il-kantant Christian Arding ħalla messaġġ mill-isbaħ sabiex jawguralha f'dan il-jum. Hu qal li kemm ilha f'ħajtu, tul dawn l-aħħar tmien snin, hi bidlitlu l-mod ta' kif iħares lejn il-ħajja. Tant hu hekk li rringrazzjaha għal dan kollu.

Kull min jaf lil Christian, jaf kemm għandu karattru ċajtier u f'dan il-jum speċjali ma setax ma jiktibx daqsxejn ta' taqbila lill-maħbuba tiegħu. Taqbila ħelwa li tistgħu tgawdu hawn taħt! Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Graziella l-isbaħ xewqat. Ninsabu ċerti li llejla hi u Christian ħa jkunu qed jiċċelebraw dan il-jum speċjali għax stedinha biex jieħdu pinta flimkien.


Emil Calleja Bayliss