Kif diġà nafu, qiegħed fil-proċess li tinġibed mill-ġdid verżjoni live-action ta’ The Little Mermaid, u filwaqt li Ariel hija bla dubju l-istilla prinċipali ta’ dan il-film, l-internet ilu jitħasseb bla heda dwar min possibilment jista’ jkun l-aktar attur xieraq li jagħmilha tal-imbierek Prince Eric.

Però li kieku dan kellu jkun interpretat minn Malti, min kapaċi jkun dak il-magħżul li jagħtih wiċċ? Ibqgħu aqraw: aħna naħsbu li dawn l-4 personalitajiet masikili jaf jixirqilhom sew dan ir-rwol!

Davide Tucci

Tucci

Instagram / @davidetucci

Lil Tucci sirna narawh kważi l-ħin kollu fuq it-television jew fuq il-palk, imma niddubitaw kemm tiddejqu kieku kellkom tarawh ukoll fis-sala taċ-ċinema għal dan il-film!

Reuben Micallef

Micallef

YouTube / eurovisionfest

Dan l-attur mill-Għarusa mal-ewwel ġibdilna l-attenzjoni għall-interpretazzjoni tiegħu ta’ Bernard b’personalità gustuża u lsien taz-zokkor – u żgur ta’ min jikkunsidrah bħala x-xbieha l-ġdida ta’ dan il-prinċep!

Ludwig Galea

Ludwig

SBS

Veru li Prince Eric l-unika prinċep ta’ Disney li fil-film oriġinali ma jkantax, imma min jaf... forsi nsibu xi verżjoni ġdida ta’ On Again... Off Again ma’ Ariel?

U l-aħħar iżda żgur mhux l-anqas...

Ben Camille

Camille

Instagram / @bencamille

Kif jista’ jonqos milli nsemmuh ‘il dan? Camille ukoll wiċċ regolari fuq l-iscreens tat-television tagħna, u l-Maltin żgur mhux se jixbgħu jaraw aktar minnu. Insomma, jekk jiddeċiedi li ma jippreżentax it-tieni sensiela ta’ X Factor li ġejja, nafu għaliex.

The Disney Wiki


Kurt Gabriel Meli