Kull min hu interessat f'xi tip ta’ sport jew attività se jgħidlek dwar l-importanza li jkollok żarbun tajjeb biex int tkun protett kemm jista' jkun, ma tweġġax u dejjem tieħu l-aħjar mill-attività fiżika li tkun qed tagħmel.
Malta toffri numru kbir ta’ rotot sbieħ li wieħed jista' jmur fihom għal xi ġirja. Dawk li jitħajru li jagħmlu dan jew inekkla xi attività fiżika oħra żgur li għandhom bżonn żarbun addattat. Hawn fejn wieħed għandu jżur il-ħanut Mochika.
Fil-ħanut ħa ssib l-esperti taż-żraben u ħa jgħinuk tagħraf eżatt x'għandek bżonn skont l-attività fiżika li tagħmel. Apparti minn firxa kbira ta' żraben tal-mixi u tal-ġiri għal saqajn differenti, joffru wkoll suletti bl-isem ta' Superfeet biex iż-żarbun jidħol aktar komdu.
Barra minn dan, huma joffru wkoll kalzetti u prodotti oħra li jgħinu fil-kompressjoni u s-sapport billi jżidu l-kumdità u jnaqqsu l-korrimenti - eżatt dak li jixtieq kull wieħed u waħda minna.
X'inhu l-proċess li jgħaddi minnu klijent li jkun interessat li jixtri żarbun wara li jkun iddiskuta ma' Ryan x'għandu bżonn?
Il-proċess tal-ippruvar taż-żraben
Iż-żewġ saqajn jiġu mkejla, kemm bilqiegħda u kemm bilwieqfa. Ir-raġuni hi sempliċi - meta wieħed ikun bilwieqfa, is-saqajn jitwalu. Ħafna drabi jsaqsuk biex tipprova żraben differenti, ħa tara int liem jinħassu l-aħjar għalik.
Tagħżel l-istil li trid!
L-għażla hi vasta u żgur li ħa ssib xi ħaġa li tolqtok. Fost id-ditti ssib SPEEDCROSS, TRAILSTER u SENSE RIDE. Hawn u fil-ħanut għandhom ukoll parti fejn int tista' tipprova ż-żarbun fuq art imħarbta. Kważi anqas titwemmen iżda jekk trid xi żarbun proprju għalhekk, tista' wkoll tipprovah!
Iċ-ċirasa fuq il-kejk!
Il-kompetenza tal-ħaddiema hija waħda inkredibbli u jgħinuk tagħżel l-aċċessorji t-tajba li jmorru maż-żarbun li għandek bżonn. Huwa jissuġġerixxi wkoll xi suletti differenti biex iż-żarbun ikun eżatt magħmul għalik. Kull suletta hija speċjali u għandha l-benefiċċji tagħha.
Jekk qed tfittex iż-żarbun perfett għall-ġiri jew il-mixi, jew kwalunkwe tagħmir ieħor għall-isport u għall-ikkampjar, ma tistax tmur post aħjar minn Mochika. Minbarra prodotti meraviljużi, is-servizz huwa eċċelenti b'nies infurmati u li għandhom passjoni kbira għal dan kollu. Xi trid aktar?