Minkejja s-sitwazzjoni tal-Covid-19, u r-restrizzjonijiet li għalissa kulħadd ikollu jimxi magħhom, Brenda u Chris ilbieraħ iżżewwġu xorta waħda!
Huwa veru li ma setgħax ikollhom tieġ normali mimli divertiment u ċelebrazzjoni mal-qrabat u ħbieb, iżda kif qalet tajjeb omm Brenda, "ser niċċelebraw mal-familja kollha u mal-ħbieb hekk kif il-knejjes u s-swali jerġgħu jkunu siguri biex jinfetħu".
Omm l-għarusa Suzanne tisħaq li din xorta waħda kienet ġurnata mill-isbaħ u tagħlaq il-messaġġ billi tawgura lill-koppja snin mimlija imħabba!
F'isem Gwida.mt ninsabu kuntenti għal din il-koppja... Awguri mill-qalb!
Facebook/ Brenda Jane Camilleri