Għal dawk li raw Min Imissu ta' Mark Mifsud, jafu għal xiex qed nirreferu. Għal dawk li ma rawhx naħseb dan il-filmat ħa jnisslilkom tbissima! Fih nisimgħu tliet kanzunetti mill-pinna ta' Philip Vella u Gerard James Borg kif qatt ma smajtuhom qabel!

7th Wonder, On Again... Of Again... u Breathlessly ġew tkantati mill-karattri ta' dan il-programm. Għamlu sens mal-istorja imma hemm min argumenta li l-kanzunetti ġew imbiċċra. Min jaf x'jaħsbu l-kantanti oriġinali; Ira Losco, Julie u Ludwig u Claudia Faniello?

Hemm ċans tajjeb li tidħku daħka jew tnejn... u għal dawk kollha li jħobbu jgħaddu ż-żmien jerpgħu jaraw il-filmat aktar minn darba. Ifhem tad-daħk imma hemm ċans tajjeb li tippreferu l-verżjoni oriġinali milli dik li sabet ruħha fuq Min Imissu?


Emil Calleja Bayliss