'Hemm 10,000+ persuna b’familji li jiddependu fuq l- tal-arti u d-divertiment, biex ma nsemmux l-effett multiplikku li għandu fuq is-setturi l-oħra kollha. Din katina ekonomika kif ukol katina tan nies. Konna, għadna u se nkomplu nagħtu il-'priorita lis-saħħa, Ilna 15 il-xahar koperattivi ħafna mal-awtoritajiet , imma hemm bzonn ukoll li niddikjaraw l-fatti u nikkontestaw ir-raġunament illoġiku li qed jiġi deċiż!' - Dan kien il-messaġġ li MEIA ilhom iwasslu għal dawn l-aħħar ġimgħat.

Il-President Howard Keith Debono xtaq jgħaddi l-ħsibijiet tiegħu dwar dak li qed jitolbu l-artisti, u dawk kollha li jaqgħu taħt din l-industrija. Fil-waqt li jfaħħar u jikkumplimenta l-mod kif affaċċjaw il-pandemija mill-bidu nett l-awtoritajiet tas-saħħa, Howard jixtieq jaqsam il-punti kif m'hemmx raġuni loġika li wieħed jgħid li l-industrija tal-ispettaklu hi il-kawża għaliex ikollna l-każijiet. Dan għaliex ħafna drabi meta kellna l-mewġ bil-każijiet u mwiet, l-industrija ma kinitx qed topera. 

Howard jagħmilha ċara li xtaq biss jgħaddi l-messaġġ f'isem MEIA u dawk l-artisti kollha li qed ibatu mill-waqfien twil ta' xogħolhom. Jagħti r-raġuni ewlenija għaliex l-artist mhux komplet mingħajr l-ispettaklu, u mingħajr iċ-ċans li jesprimi ruħu bit-talenti tiegħu. Ara l-ewwel parti ta' dak li xtaq jgħid Howard.


Kyle Zarb