Ivan Gaffiero għadu kif tefa' fuq il-midja soċjali l-grupp ta' kontestanti li ħa jkunu qed jikkompetu waqt il-konkors The Grandma Of The Year. B'kollox hemm seba' jikkompetu, uħud ħa jieħdu sehem għall-ewwel darba u oħrajn uċugħ aktar familjari, fl-immudellar jew fix-xena televiżiva. 

Il-kontestanti ġejjin minn dawn il-lokalitajiet - Birkirkara, Birgu, Qawra, Qormi, Bormla, Tarxien u Valletta. L-organizzatur u preżentatur Ivan jikteb, "Le le Ma nieqfu qatt sakemm ikolli s-saħħa. Illejla bdejna l-provi tal-konkors The Grandma of the Year. Awguri lill-kontestanti finalisti."

F'isem Gwida.mt nawguraw lil dawn il-kontestanti, li tant nammirawhom għall-kuraġġ u s-spirtu pożittiv li juru!


Kyle Zarb