l-Ewwel darba f'Ħadd Għalik ser jilagħbu l-wardens kontra s-sewwieqa! Jekk ġieli fallejt xi programm, din il-puntata ma tistax titlifha! Fost l-uffiċjali tal-komunità hemm il-wardens ta' X Factor Malta. Christopher Cassar u Anthony Scianto ser ikunu parti mit-tim! Lil dawn it-tnejn rajna l-audition tagħhom ftit ġimgħat ilu u għaddew għall-boothcamp! B'Howard jissuġerixxi li jkunu ġo grupp!

Ritratt: The Foto Grafer / Ħadd Għalik

Iż-żewġ kontestanti mat-tim tal-wardens hemm Kaylene Sammut u Steph Grech. 

Jirrapreżentaw lilna s-sewwieqa hemm George Muscat, Matthew Galea, Justin Muscat u Jackie Graham!

Ritratt: The Foto Grafer / Ħadd Għalik

Mat-tim tal-Wardens ma setax jonqos il-warden popolari! ... Qed tagħrfu?

Ritratt: The Foto Grafer / Ħadd Għalik

Nhar il-Ħadd, fuq TVM titlifx Ħadd Għalik f'12:15pm.


Anthony Baldacchino