Is-sintomi ta' wara t-tilqima tal-Covid-19 huma kollha ħfief u m'hemmx affarijiet kbar kif ħafna qed jaħsbu. Dawn is-sintomi komuni jistgħu ikunu bħal:

Ftit ħmura fiż-żona fejn tlaqqamt

Deni jew ftit temperatura għolja

Għejja

Uġigħ ta' ras

Uġigħ fil-muskoli

Meta perusna tesperjenza dawn is-sintomi, hu rrakkomandat li tistrieħ kemm tista' u ma titħabatx. Xi mediċini bħall-panadol jgħinu wkoll biex iħossok aħjar malajr. Il-paġna tal-HPDPD tagħti anke dettalji ta' kif il-vaċċin qed jgħin f'din il-battalja kontra l-Covid-19.

Il-vaċċin huwa aħjar minn meta timrad jew tiġi infettat bil-Covid-19 innifsu. Tgħin aktar b'rata mgħaġġla u effettiva l-immunità f'ġisimna. It-tilqima kontra l-Covid-19 qed tnaqqas ir-riskji li jkun hemm kumplikazzjonijiet jew sintomi serji meta persuna tkun infettata. Inqas ċans li persuna tiddaħħal l-isptar. 


Kyle Zarb