Kylie Coleiro għadha kif tefgħet messaġġ b'saħħtu immens fuq il-profil tagħha ta' Instagram fejn titkellem dwar kontenut li ħafna drabi ma jogħġobniex minħabba nuqqas ta' self esteem. Kylie tixtieq tgħaddi l-messaġġ li għandna napprezza u nħobbu aktar lilna nfusna kif aħna.

"Il-midja soċjali uriet li għandha impatt negattiv fuq is-saħħa mentali, speċjalment għaż-żagħżagħ. Posts, likes, u kummenti jistgħu jikkontribwixxu għal sentimenti ta' perfezzjoniżmu, ansjetà, u anke ta' negattività f'ġisimna." Kylie tgħid li mill-esperjenza tagħha anke jekk ikollha ritratt u kulħadd ifaħħarha fih, xorta waħda tagħżel li ma titfgħux.

"Qegħdin f'soċjetà fejn li tħossok tajjeb mhux biżżejjed." Biex tirrelata dak li tagħmel mal-messaġġ li qed tgħaddi, Kylie tagħżel li taqsam xi ritratti li ommha tant riditha titfagħhom, imma għal xi raġuni ħasset li m'għandhiex titfagħhom. Illum iddeċidiet li tmur kontra dak li xtaqet qabel, u titfagħhom huma kif inhuma. 

Prosit Kylie ta' dan il-messaġġ u talli kont int stess li urejt l-eżempju f'din il-post! Fil-fatt aħna naqblu ma' omm Kylie, u f'dawn ir-ritratti verament m'għandha xejn ħażin!


Kyle Zarb