Dan l-aħħar qed naraw żieda sostanzjali fil-każijiet ġodda tal-Covid-19. Il-ħajja tista' tgħid reġgħet għan-normal, b'kulħadd ikompli b'normalità dak li waqaf sentejn ilu minħabba l-pandemija.

Hu kontroversjali l-fatt li n-nies qed jerġgħu jitħalltu mill-ġdid f'diversi avvenimenti. Dr. Frank Portelli kiteb dwar il-fatt li ħafna każijiet pożittivi qed ikollhom sintomi bħal, "uġigħ sever fil-muskoli, uġigħ fl-istonku, sogħla, għejja."

Dr. Portelli jkompli jgħid kif bħalissa ninsabu f'mewġa oħra tal-varjant Omicron B4 B5. "L-ilbies tal-maskra tibqa' neċessarja", ikompli t-tabib. Hu jappella wkoll biex kull min jidħol fi xtutna għandu jiġi ttestjat.

X'taħsbu dwar dan?


Kyle Zarb