Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom Virtu Ferries Ltd. għadhom kif ippubblikaw xi miżuri li ħa jkunu infurzati waqt il-vjaġġi bejn Malta u Sqallija. L-intenzjoni hi waħda, li s-saħħa ta' dawk kollha preżenti waqt il-vjaġġ tkun sigura.
Huma javżaw li iċ-check in ser isir mingħajr kuntatt. Ser ikun hemm infurzar kbir fuq id-distanza soċjali f'kull punt waqt il-vjaġġ. Anke mill-post taċ-check in sa fejn jiżbarkaw. Ser ikun hemm 40% inqas persuni bil-qiegħda waqt il-vjaġġ. Ser ikun hemm il-faċilita li wieħed juża sanitizer kemm fit-terminal u kemm fuq il-vapur. Ser ikunu ċċekkjati t-temperaturi. Il-post bl-imwejjed u uċugħ b'kollox ser ikunu mnaddfa u senetizzati bir-reqqa.
Importanti li kull passiġġier jagħmel il-parti tiegħu biex jgħin ħalli f'dawn il-vjaġġi ma jinxteridx il-virus.