Il-preżentattriċi Pauline Agius illum tiċċelebra għeluq sninha u oħtha Clare ħallietilha messaġġ il-ġmiel tiegħu fuq il-midja soċjali. Pauline tiġi oħt Clare iż-żgħira, infatti f'wieħed mill-hashtags tuża #babysister.

View this post on Instagram

A post shared by Clare Agius 🇲🇹 (@clare_agius_) on

Clare tgħidilha, "Dawk li verament jafuk jistgħu jgħidu kemm int tassew speċjali u jien privileġġjata li jien waħda minnhom. Inħobbok ħafna. Naf li int ser tgawdi din il-ġurnata mdawra mis-subien tiegħek li huwa fejn tixtieq tkun. Ħallihom jieħdu ħsiebek għal darba!"

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Pauline l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha u nittamaw li jkollha sena mimlija b'ħafna paċi, imħabba u dak kollu li tixtieq qalbha! Awguri Pauline!


Emil Calleja Bayliss