Nies li jilbsu nuċċali jistgħu jkunu sa tliet darbiet inqas probabbli li jkunu infettati mill-Coronavirus, issuġġerixxa studju mill-Indja. Mod wieħed kif il-virus jista' jidħol fil-ġisem huwa billi n-nies imissu għajnejhom, imnieħerhom jew ħalqhom wara li jiġu f'kuntatt miegħu.

Madankollu, ir-riċerkaturi fl-Indja jgħidu li n-nies li jilbsu nuċċali jħokku għajnejhom inqas u għalhekk huma f'riskju inqas li jikkuntrattaw il-Covid-19.

Ir-riċerkaturi analizzaw il-każi ta' 304 persuna (223 raġel u 81 mara) fi sptar fit-Tramuntana tal-Indja matul is-sajf li għadda. Il-pazjenti kellhom bejn 10 u 80 u kienu kollha rrappurtaw sintomi Covid.


Emil Calleja Bayliss