Huwa minnu li meta wieħed jitlaqqam bil-vaċċin ta’ kontra l-Covid-19 ikun aktar protett kontra dan il-virus, għalkemm ma jfissirx li ma jistax joħroġ pożittiv.

Il-Kamra tal-Kummerċ ħarġet stqarrija fejn qalet li meta wieħed ikun imlaqqam kompletament bil-vaċċin u jkollu kuntatt ma’ persuna li tkun ħarġet pożittiva għall-Covid-19, dan m’għandux jagħmel kwarantina ladarba huwa mlaqqam.

Dawn talbu wkoll lill-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex jerġgħu jikkunsidraw din id-deċiżjoni, anke għax ħafna negozji qed ibatu kawża ta’ dan.


Henzley  Bezzina